Kodiċi ta' kondotta
flimkien.eu hija l-pjattaforma istituzzjonali u mhux partiġġjana tal-Parlament Ewropew, li hija indipendenti minn kwalunkwe partit politiku jew ideoloġija politika. L-għan tal-azzjoni ta' komunikazzjoni huwa li tippromwovi l-impenn demokratiku fl-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew bħala istituzzjoni ma jappoġġja l-ebda partit politiku jew membru speċifiku tal-Parlament Ewropew.
Bil-parteċipazzjoni tiegħek f’din l-azzjoni ta’ komunikazzjoni, inti taċċetta li ma tqassamx kontenut jew torganizza attivitajiet li:
-
imorru kontra d-drittijiet fundamentali tal-UE in ġenerali (art 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea);
-
jiddiskriminaw fuq bażi ta’/jew huma offensivi lejn dehra, razza, oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, sess, kultura jew oriġini, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali (art 10 TFUE);
-
jinċitaw vjolenza kontra u/jew fastidju lejn persuna(i) oħra;
-
huma pornografiċi jew li għandhom aċċess għal materjal pornografiku jew siti pornografiċi;
-
jippromwovu jew jiffaċilitaw attivitajiet illegali;
-
jiksru leġislazzjoni jew regolamenti applikabbli.
Il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jeskludi kwalunkwe parteċipant li jikser il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq fir-rigward tal-azzjoni ta’ komunikazzjoni.