Politika dwar il-privatezza
-
Introduzzjoni
Mill-11 ta' Diċembru 2018, il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni hija rregolata permezz tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018. Dan ir-Regolament isegwi l-istess prinċipji u regoli bħal dawk stabbiliti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Aħna nipprovduk bl-informazzjoni bbażata fuq l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Dan is-sit jista' jkun fih links għal siti oħrajn. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-prattiki jew il-politiki tal-privatezza tas-siti web ta' partijiet terzi.
-
Għaliex niġbru, inżommu u nipproċessaw id-data tiegħek?
Niġbru u nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek sabiex inżommu kuntatt maċ-ċittadini, li b'mod volontarju jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li jiġu infurmati jew involuti fil-ħidma ta’ kuljum tal-Parlament Ewropew, li twassal għall-Elezzjonijiet Ewropej 2024.
L-informazzjoni personali tiegħek tiġi ttrattata skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725. Il-kompiti relatati mal-kampanja ta' informazzjoni u komunikazzjoni istituzzjonali tal-Parlament Ewropew jitwettqu fl-interess pubbliku u huma bbażati fuq il-Qafas ta’ Eżekuzzjoni Strateġika tas-Segretarjat ġenerali tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew se jipproċessa d-data personali tiegħek kif ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti msemmija qabel u biss jekk inti tkun tajt il-kunsens mhux ambigwu tiegħek għall-ipproċessar. Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata biss safejn ikun meħtieġ sabiex jitwettaq l-iskop li għalih tkun ġiet trażmessa.
-
Min hu responsabbli mid-data tiegħek? (Il-kontrollur)
Id-data tiegħek tiġi pproċessata taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew jara li l-istituzzjoni tapplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) iservi ta' awtorità superviżorja indipendenti. Il-KEPD jara li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE jirrispettaw il-kunfidenzjalità meta jipproċessaw id-data personali tal-individwi.
-
X'data personali niġbru?
Niġbru biss l-informazzjoni li jkollna bżonn għall-finijiet stabbiliti meta niġbruha, u min-naħa tiegħek tista' taġġorna din l-informazzjoni xħin trid.
Aħna niġbru informazzjoni mingħandek kif ġej:
-
personalment u/jew fuq it-telefon;
-
meta tirreġistra fis-sit tagħna.
Hawn taħt issib l-informazzjoni li nistgħu niġbru mingħandek, bil-permess tiegħek:
-
ismek u kunjomok;
-
id-dettalji tiegħek (eż. l-indirizz tal-email, il-post fejn tgħix, in-numru tat-telefon, eċċ.);
-
il-lingwa li tippreferi;
-
il-preferenzi biex nikkomunikaw miegħek fil-futur, inkluż dwar l-abbonamenti u l-oqsma li jinteressawk f'wieħed jew aktar mis-suġġetti li tkun tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwarhom (mhux obbligatorja);
-
jekk tagħżel li tirreġistra permezz ta' Facebook jew Twitter, id-dettalji tiegħek jistgħu jinġabru wkoll permezz tal-metodu magħżul;
-
il-Parlament Ewropew iżomm ukoll kont tal-għadd ta' utenti reklutati minn utenti oħrajn permezz tal-pjattaforma għal finijiet ta' statistika u rappurtar.
-
Il-Parlament Ewropew iżomm amment tar-rati tal-emails li ġew miftuħa għal skopijiet statistiċi u ta’ rappurtar.
Meta jiġu organizzati kompetizzjonijiet online fuq il-midja soċjali permezz ta' din il-pjattaforma, jista' jkun hemm bżonn li tiġi pproċessata data personali addizzjonali għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar, bħall-informazzjoni li tidher fuq il-passaport (isem, data tat-twelid, ritratt tal-karta tal-identità jew tal-passaport), id-data u l-post tat-tluq u r-ritorn u l-indirizz tal-email.
Kun mgħarraf li, skont opinjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni, permezz tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija hawn fuq, inti tista’ tkun suġġett għal-profiling sabiex tirċievi informazzjoni li tkun relevanti għall-interessi tiegħek.
Cookies u ħażna lokali
Dan is-sit juża l-cookies biex jippermetti u jtejjeb il-funzjonijiet jew biex itejjiblek l-esperjenza tan-navigazzjoni. Il-Parlament fl-ebda ċirkustanza ma juża l-cookies biex jiġbor, jipproċessa, ixerred jew jirreġistra data personali. Inti tista' faċilment tibdel is-settings tal-cookies wara l-għażla inizjali tiegħek billi tagħfas il-link ""Biddel il-preferenzi dwar il-cookies"" f'qiegħ il-paġna.
X'tagħmel jekk ma tridx li jinżammu cookies fuq il-kompjuter tiegħek?
Uħud iqisu li l-idea li tinżamm informazzjoni fuq il-kompjuter, it-tablet jew il-mobile tagħhom hija kemxejn invażiva, partikolarment meta dik l-informazzjoni tinżamm u tintuża minn partijiet terzi mingħajr l-għarfien tagħhom. Jekk tippreferi, tista' timblokka wħud minn dawn il-cookies jew kollha kemm huma, u saħansitra tħassar il-cookies li diġà jkollok, iżda tajjeb tkun taf li tista' titlef xi funzjonijiet. Biex tagħmel dan, trid tbiddel is-settings tal-privatezza tal-browser tiegħek.
Xi operaturi terzi żviluppaw għodod li jippermettulek tiddiżattiva l-ġbir u l-użu tad-data.
Cookies ta' terzi
Facebook, Twitter, Youtube u Google Maps jistgħu jissettjaw cookies għall-qsim ta' kontenut fuq in-netwerks soċjali jew għall-produzzjoni ta' statistika dwar l-aċċess. Il-preżenza, l-għadd u l-istatus tal-cookies jiddependu fuq kif tuża l-pjattaformi kkonċernati qabel jew waqt li tkun qed iżżur is-sit tal-Parlament.
Għandek tara x'inhi l-politika tas-siti rilevanti dwar il-cookies tan-netwerks soċjali billi tagħfas fuq il-links rilevanti. Tista' faċilment tibdel is-settings tal-cookies wara l-għażla inizjali tiegħek billi tagħfas fuq il-link ""Biddel il-preferenzi dwar il-cookies"" f'qiegħ il-paġna.
Xi tkun cookie?
Il-biċċa l-kbira tas-siti li żżur fuq l-internet jużaw il-cookies biex itejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Permezz tagħhom, is-siti ""jiftakruk"" – għat-tul taż-żjara tiegħek (billi jużaw ""cookie temporanja"") jew għal żjarat ripetuti (billi jużaw ""cookie persistenti"").
Il-cookies jista' jkollhom bosta funzjonijiet differenti. Jippermettulek tinnaviga bejn paġna u oħra b'effiċjenza, iżommu nota tal-preferenzi tiegħek u, b'mod ġenerali, itejbulek l-esperjenza tiegħek fuq is-sit. Il-cookies iħaffu u jiffaċilitaw l-interazzjoni bejnek u bejn is-sit. Kieku sit ma jużax il-cookies, kull darba li tmur f'paġna ġdida jaħsbek viżitatur ġdid – pereżempju, meta tagħlaq menu u tmur f'paġna oħra, ma jiftakarx li tkun għalaqt dak il-menu fil-paġna preċedenti u allura jurik il-paġna li jmiss bil-menu ta' dik il-paġna miftuħ.
Barra minn hekk, xi siti jużaw il-cookies biex jimmiraw ir-riklami jew il-messaġġi kummerċjali tagħhom skont, pereżempju, il-lokalità tiegħek u/jew id-drawwiet tiegħek fuq l-internet.
Jista' jkun li l-cookies ikunu qed jintużaw mis-sit stess li tkun qed iżżur (""cookies interni"") jew jistgħu jkunu qed jintużaw minn siti oħra li jkollhom kontenut fuq il-paġna li tkun qed tikkonsulta (""cookies ta' terzi"").
Xi jkun fiha cookie?
Cookie hija file ta' test sempliċi li s-server ta' sit fuq l-internet iżomm fil-kompjuter, it-tablet jew il-mobile tiegħek. Sussegwentement, dak is-server ikun jista' jirkupra jew jaqra l-kontenut ta' dik il-cookie. Il-cookies jiġu amministrati mill-browser tiegħek. Kull cookie hija unika u tinkludi xi informazzjoni anonima bħal identifikatur uniku, isem is-sit, ċifri u ittri. Permezz tagħha, is-sit jiftakar il-preferenzi tiegħek.
Tipi ta' cookies
Cookies interni
Il-cookies interni jintużaw mis-sit li tkun qed iżżur u jistgħu jinqraw biss minn dak is-sit.
Cookies ta' terzi
Il-cookies ta' terzi jintużaw minn organizzazzjoni li ma tkunx is-sid tas-sit li tkun qed iżżur. Pereżempju, biex isir jaf kemm qed ikollu viżitaturi, sit jista' juża ditta tal-analitika ta' terzi, li tuża cookie tagħha stess biex twettaq dak is-servizz. Is-sit li tkun qed iżżur jaf ikun fih kontenut inkorporat, eż. filmati minn YouTube jew sensiela ta' ritratti minn Flickr. Anki dawk is-siti jistgħu jużaw il-cookies tagħhom.
Ta' importanza ikbar huwa l-fatt li sit jista' juża netwerk pubbliċitarju ta' terzi biex jipprovdi riklamar immirat. Il-Parlament ma jużax servizzi ta' riklamar.
Cookies temporanji
Il-cookies temporanji jinżammu temporanjament għas-sessjoni ta' navigazzjoni u jitħassru mill-apparat tal-utent meta dan jagħlaq il-browser.
Cookies persistenti
Il-cookies persistenti jinżammu fuq il-kompjuter tiegħek għal perjodu fiss (normalment għal sena jew aktar) u ma jitħassrux meta tagħlaq il-browser. Aħna nużawhom meta jkollna bżonn inkunu nafu min int għal aktar minn sessjoni waħda.
Cookies Flash
Ħafna siti jużaw l-Adobe Flash Player biex jipprovdu kontenut fl-għamla ta' filmati u infografika. L-Adobe juża l-cookies tiegħu, li ma jistgħux jiġu amministrati permezz tas-settings tal-browser tiegħek. Dawn jintużaw mill-Flash Player għall-istess raġuni li jintużaw il-cookies l-oħra, jiġifieri biex jinżammu l-preferenzi jew jiġu lokalizzati l-utenti.
Il-cookies Flash jaħdmu differenti mill-cookies tal-browser tiegħek. Minflok juża cookies speċifiċi għal funzjonijiet speċifiċi, sit ikun ristrett iżomm id-data kollha relatata mas-sit f'cookie waħda. Inti tista' tikkontrolla kemm tista' tinżamm informazzjoni f'dik il-cookie, iżda ma tistax tagħżel x'tip ta' informazzjoni tinżamm.
-
-
Lil min tingħata d-data tiegħek?
Il-persunal tal-Parlament Ewropew u tal-proċessur tad-data biss ikollhom aċċess għad-data tiegħek. Il-Parlament Ewropew ma jittrażmetti l-ebda data lil persuni oħra għajr lil dawn id-destinatarji. Il-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jiġu involuti biss f'każ ta' awditu jew proċeduri ġudizzjarji. Il-Parlament Ewropew ma jaqsamx data personali ma' partijiet terzi għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.
-
Għal kemm żmien tinżamm id-data tiegħek?
Id-data personali tinħażen għall-finijiet li għalihom tkun inġabret sa meta s-suġġetti tad-data jitolbu li titneħħa jew sa Settembru 2024, li jikkorrispondi ma’ tmiem il-perjodu tal-Elezzjonijiet Ewropej.
-
Kif tinżamm id-data tiegħek?
Il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jipproteġi s-sigurtà tal-informazzjoni personali tiegħek. Nużaw diversi teknoloġiji u proċeduri ta' sigurtà bil-għan li nipproteġu l-informazzjoni personali tiegħek minn aċċess, użu jew divulgazzjoni bla permess.
Id-data personali tiegħek tinżamm f'servers siguri b'aċċess limitat u f'faċilitajiet ikkontrollati. Għal skopijiet ta' ħażna u manutenzjoni, id-data personali tista' tiġi ttrasferita fl-Istati Uniti f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u fil-qafas tal-Ħarsien tal-Privatezza UE-US.
-
Kif tista' tara d-data tiegħek, tiċċekkja l-preċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm bżonn, tikkoreġiha jew tħassarha?
Meta l-informazzjoni personali tiegħek tiġi pproċessata mill-Parlament Ewropew (jew minn kwalunkwe istituzzjoni tal-UE), għandek id-dritt li tkun taf biha.
Int għandek id-dritt taċċessa l-informazzjoni u tirrettifikaha mingħajr dewmien żejjed jekk din ma tkunx eżatta jew kompluta.
Għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe mument, mingħajr ma dan l-irtirar jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens li tajt qabel l-irtirar.
Taħt ċerti kundizzjonijiet, int għandek id-dritt li titlob li aħna nħassru d-data personali tiegħek jew nillimitaw l-użu tagħha.
Fejn applikabbli, għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħna tad-data personali tiegħek, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek, fi kwalunkwe ħin, u d-dritt għall-portabbiltà tad-data. Aħna ser nikkunsidraw it-talba tiegħek, nieħdu deċiżjoni u nikkomunikulek mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista 'jiġi estiż b'xahrejn oħra fejn meħtieġ.
Tista' titlob li nikkomunikaw, meta jkun possibbli, kwalunkwe tibdil fid-data personali tiegħek lil partijiet oħra li lilhom ġiet żvelata d-data tiegħek.
Għandek ukoll id-dritt li ma tkunx soġġett għal deċiżjonijiet awtomatizzati (magħmula biss minn magni) li jaffettwawek, kif definit mil-liġi.
Inti għandek, fi kwalunkwe każ, id-dritt li tirrikorri għall-KEPD bħala awtorità ta 'superviżjoni.
Id-drittijiet tiegħek fuq id-data personali tiegħek huma ddikjarati fl-Artikoli 17 sa 24 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Tista' tikkuntattja lill-Unità tal-Komunikazzjoni bl-Internet. Jekk l-unità ma tkunx f'pożizzjoni li twieġeb għat-talba tiegħek, jintalab appoġġ tekniku mingħand il-proċessur tad-data
Jekk ikollok xi dubji dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek fuq din il-pjattaforma, tiddejjaqx tikkuntattja lill-Unità tal-Komunikazzjoni bl-Internet:
Kuntatt:
European Parliament
Directorate general for Communication - Web Communication unit
Rue Wiertz 60
B-1047 Brussels
-
Rikors
Tista' tindirizza kwalunkwe lment:
-
lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew
Email: [email protected]
-
lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Email: [email protected]
-